Launch of Only Made in Gozo by Sapphire Real Estate Services


onlymadeingozo

Stqarrija maħruġa minn Sapphire Real Estate Services

 

Imniedi l-proġett Only Made in Gozo

 

16 ta’ Jannar 2014

 

Dalgħodu fil-Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo u mart il-Prim Ministru s-Sinjura Michelle Muscat flimkien ma’ Sapphire Real Estate Services niedew il-proġett Only Made In Gozo li huwa kunċett ġdid għal Għawdex u li mistenni jqajjem l-ekonomija fil-gżira.

 

Only Made in Gozo huwa proġett innovattiv li se jattira investiment barrani permezz ta’ bejgħ ta’ propjetajiet tipikament Għawdxin.

 

Kull investitur li mistenni jixtri propjeta’ tipikament Għawdxija se jkun qed jingħata ċertifikat awtentiku li juri kif il-propjeta’ hija parti mill-patrimonju privat.

 

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Anton Refalo spjega kif permezz ta’ dan il-proġett inħolqot niċċa ġdida ta’ turiżmu lejn Għawdex.

 

Saħaq li din hija parti mill-istrateġija li l-Gvern għandu għal Għawdex biex jaħdem favur proġetti innovattivi u kreattivi li kapaċi joħolqu x-xogħol f’din il-gżira.

 

Fl-indirizz tagħha s-Sinjura Michelle Muscat faħħret il-proġett Only Made in Gozo għaliex se jkun qed jiġġenera l-ekonomija f’din il-gżira.

 

Hija appellat biex aktar nisa jħarsu lejn il-qasam intraprenditorjali li joffri diversi opportunitajiet.

 

Is-Sinjura Michelle Muscat qalet li l-Gvern se jkun ta’ spalla mas-settur privat, fosthom ma’ Sapphire Real Estate Services li qed taħdem biex tagħti injezzjoni lill-investiment barrani f’Għawdex.

 

Min-naħa tagħha d-Direttur Maniġerjali ta’ Sapphire Real Estate Services Jane Chircop irringrazzjat lill-Associates kollha li qed jemmnu fil-proġett.

 

Spjegat kif il-kunċett ta’ Only Made in Gozo ġej wara riċerka li għamlet fejn sabet li d-djar b’karrateristiċi Għawdxin u Maltin huma uniċi u dawn huma t’attrazzjoni għal dawk l-investituri li jixtiequ propjeta’ b’patrimonju privat.

 

Fil-konferenza tal-aħbarijiet Jane Chircop preżentat l-uniformi l-ġdida ta’ Sapphire Real Estate Services filwaqt li tkellmu wkoll Mary Rose Francica (Ambassador for Female Entrepreneurship) u Celine Farrugia (Tour Operator – Discern Group).

 

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet l-Ministru Anton Refalo u s-Sinjura Michelle Muscat fetħu esebizzjoni tal-arti, xogħol tal-artist Russu Alexander Telin.

 

Għal aktar informazzjoni żur is-sit onlymadeingozo.com